Pultruna Sofa or armchair
Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.
There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.
Hemm żewġ sinjali jixxiebħu għal PULTRUNA. L-ewwel sinjal jsir bl-idejn forma ta’ ponn. Id-dirgħajn jogħlew mill-minkeb waqt li l-ispallejn jogħlew ftit ukoll. Imbagħad jagħtu skoss ’l isfel u f’daqqa. It-tieni sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti issir bl-idejn forma ta’ ponn u bid-dirgħajn jimteddu ’l quddiem mill-minkeb. L-idejn jersqu flimkien lejn il-ġnub u ’l isfel bi skoss żgħir. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal 1 bil-pala tħares ’il ġewwa jew ftit lejn il-ġenb.
There are two similar signs for SOFA or ARMCHAIR. The first sign is made with both hands in the shape of a fist. The arms are lifted at the elbows whilst the shoulders are also raised a little. Then the arms move downwards jerkily and suddenly. The second sign has two parts. (i) The first part is made with the hands in the shape of a fist and with the arms lying forward from the elbows. The hands move jerkily to the sides and downwards together. (ii) Then the sign for 1 is made with the palm facing inwards or a little to the side.